ADDIJI

 

Ħsejjes mhux tas-soltu jagħmlu l-addiji

ta passi li lanqas jidhru,

waqt li jhallu l-palk

fejn is-siparju lix-xena

mitluqa ġa belagħha.

 

Smajt ukoll jiena

il-ħsibijiet jitqattgħu bċejjeċ,

ħoss jitbiegħed

ta riġlejn ħafja miexja,

 

u mal-qfieli minsija

il-qalb tgħallqet.