FRIEGĦI TAL-QAMAR

 

 

Friegħi tal-qamar

ifasslu ħwejjeġ qarrieqa

għal xi żmien, iħassru

din it-telqa bla xerqa

bil-qtugħ ta’ nifs sakrani

tal-ħolm, biex iġiegħlu toħroġ

tbissima li xejn ma tifhem.

 

Iżda s-sigħat qatt ma jorqdu.