ĦWEJJEĠ TAL-BAĦAR

 

 

Illejla l-baħar

niġġes it-tarf tax-xtajta

u saħħar warajh lir-ramel

bi rqajja’ żgħar ta’ mluħa.

 

 

Ħiemed kollox issa,

u fuq isdra kbar imżejna

bl-alga, jien waħdi, nimxi

u nibqa’ nfittex, fost l-eki

tas-sikta, il-fdalijiet imgħarrqa

tal-qalb tiegħi.