L-ISTAĠUNI MGĦODDIJA

 

Imbagħad il-liedna tgħatti

bil-weraq tagħha

marradi qoxret is-siġra

mixruba mil-limfa

u fir-riħ kull fewħa

moħbija tixxiebah mal-ħajja,

iżda na jaslux ġwienaħ mill-għoli

ifittxu li jistrieħu.

 

Ma jerġgħux jiġu l-istaġuni mgħoddija.