MISTENNIJI

 

 

Jorqom il-moħħ il-passi tiegħu

biex jiġri tul il-ħajja iżda

iIl-materja tqila

hi griża u l-kuluri

jibqgħu imbiegħda

waqt li n-ngħas

jiekol lill-muskoli, bla ebda fejda

fi żmien il-mistenniji.

 

Ix-xemx qatt ma titla’

fil-jum tal-mejtin.