REBBIEGĦA

 

Fil-libsa bla nikta

tax-xeblieka selvaġġa

b’saħħitha Li tagħmel l-għoqod

mad-dirgħajn felħana

tal-kanċell ta’ żmien ieħor,

u tiżbogħ bil-ħajja

lill-irqajja’ msadda,

bħal fjura tad-demm

ifeġġ għal għarrieqa

in-nuqqas tiegħek.