TWAQQAFX  IŻ-ŻMIEN

 

Twaqqafx iż-żmien,

ħalliet ħafif jiżżerżaq

ifittex lir-raded tal-qamar

qalb il-kutri li dejjem jitbiddlu

tal-qalb, isma’

is-sikta tal-jiem tiegħu

ta’ silġ fuq il-faħam jagħli tad-diqa,

agħlaq għajnejk taħt iż-żiffa

li hi tiegħu, iġbed

in-nifs bla ma tilheġ u naqqas

it-taħbitiet tal-qalb belhana

fit-tgħanniqa mistrieħa tiegħu

u orqod.