Id-dielja Amerikana żifnet
mad-daqqa tax-xlokk,
bl-isbaħ
libsa fuqha, għalik li tlaqt
lejn dak il-baħar waħdani
li qatt ma baħħart fih s’issa.
Lanqas infittex – u ż-żmien xejn ma jgħinni –
x’kont qiegħda taħseb iżda niftakar
il-ħarsa mikula bin-niket
u l-kliem midrub ta’ taħdita intima
li bdiet tingħalaq dejjem aktar
fl-idlam rokna tal-kamra.
U xi daqqiet nistaqsi lili nnifsi
jekk imbagħad fetħulekx il-kanċelli
ugħaliex hemm xtieli
li jilbsu d-dawl tax-xemx
fil-ġranet tal-mewt.